Lorraine Galea hija minn Birżebbuġa, u tgħix Ħaż Żabbar. Attendiet l-Università ta’ Malta, fejn gradwat fil-Psikoloġija fl-2005. Fl-2008 ġabet il-PGCE fil-PSCD u fl-2012 ħadet Masters in Education (Leadership and Management) mill-Open University. Bħalissa taħdem bħala għalliema tal-PSCD fil-Kulleġġ San Tumas More, xogħol li fih tiltaqa’ ma’ diversi każijiet ta’ bbuljar. Permezz tagħhom ħasset il-ħtieġa li tingħaqad ma’ bBrave, sabiex tgħin biex ixxerred iktar għarfien fuq dan is-suġġett.
Hija awtriċi ta’ 3 kotba bl-isem ta’ ‘Id-Djarju ta’ Darba f’Sena’, ‘Jien, Bħalek, Differenti’, u ‘Buli’. L-aħħar ktieb ukoll inkiteb biex tagħti għajnuna lil tfal, żgħażagħ u min jieħu ħsiebhom biex ikunu jafu x’jista’ jsir f’każijiet ta’ bbuljar.
Fil-ħin liberu, Lorraine tipprattika l-atletika, il-yoga u l-għawm.